Petizzjoni biex ikun hemm Kummissarju tal-UE għall-Benessri tal-Annimali

Aħna hawn taħt iffirmati nemmnu li l-benessri tal-annimali għandu jitjieb kontinwament fl-UE permezz ta’ avvanzi leġiżlattivi ambizzjużi u l-allokazzjoni ta’ riżorsi adegwati.

Sabiex dan il-progress jiġi ffaċilitat, qed nitolbu li tingħata iktar rilevanza lill-benessri tal-annimali billi din tkun ir-responsabbiltà espliċita f’isem id-Direttorat Ġenerali rilevanti u t-titlu tal-impjieg tal-Kummissarju kompetenti tal-UE.

Fil-kuntest preżenti, ir-responsabbiltà tal-Kummissarju ssir għas-“Saħħa, is-Sikurezza Alimentari u t-Trattament Xieraq tal-Annimali”.

 
firem

5 RAĠUNIJIET GĦALIEX GĦANDNA BŻONN KUMMISSARJU TAL-UE GĦALL-BENESSRI TAL- ANNIMALI

  1. GĦAX L-EWROPEJ JINTERESSAHOM TIt-Trattat Ewropew jirrikonoxxi l-annimali bħala ħlejjaq sensittivi, kapaċi jħossu l-gost u l-uġigħ, li jgawdu l-ħajja u jsofru t-tbatija. Iċ-ċittadini Ewropej jinteressahom mill-annimali u jixtiequ jaraw il- ħtiġijiet tal-benessri tagħhom jiġu kkunsidrati permezz ta’ leġiżlazzjoni, politiki u l-allokazzjoni ta’ riżorsi adegwati. L-interessi settorjali m’għandhomx jipprevalu fuq it-talbiet taċ-ċittadini.
  2. GĦAX IT-TITJIJB TAL-BENESSRI TAL-ANNIMALI HUWA MEĦTIEĠ Leġiżlazzjoni speċifika dwar il-benessri tal-annimali ilha li ġiet żviluppata fil-livell tal-UE mill-1974, u l-liġijiet tal-punti ta’ riferiment ġew introdotti mill-bidu tad-disgħinijiet biex gradwalment jiġu eliminati prattiki krudili ta’ trobbija tal-annimali bħal kaxex għall-għoġġiela (veal crates), imqajjel tal-ħnieżer u gaġeġ fuq xulxin konvenzjonali għall-produzzjoni tal-bajd. Madankollu, għal xi speċijiet ma teżisti lebda leġiżlazzjoni speċifika u għalhekk dawn m’għandhomx protezzjoni.
  3. GĦAX DAN DIĠÀ QED ISIR FIL-LIVELL NAZZJONALI. F’xi wħud mill-Istati Membri, il-benessri tal-annimali m’għadux jaqa’ taħt il-kompetenzi tal-Ministeru għall-Agrikoltura. Mill-2014, fit-tliet gvernijiet reġjonali tal-Belġju, il-ministri ngħataw titlu li jinkludi l-benessri tal-annimali bħala waħda mill-kompetenzi ewlenin tagħhom, u dan jiffaċilita l-adozzjoni u l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni u politiki aktar progressivi.
  4. GĦAX L-INTERESSI SETTORJALI MA GĦANDHOMX JIMMINAW IL-PROGRESS L-influwenza eċċessiva tal-interessi ekonomiċi ħafna drabi ttardjat il-progress fl-infurzar xieraq tal-leġiżlazzjoni eżistenti jew l-aġġornament tagħha meta meħtieġ. It-trasport ta’ annimali ħajjin huwa eżempju ċar ta’ din il-problema. Il-Kummissarju responsabbli għall-benessri tal-annimali għandu jkollu aktar influwenza u setgħat fuq dan is-suġġett fl-istituzzjonijiet tal-UE.
  5. GĦAX JISTA’ JGĦIN LILL-ANNIMALI B’MOD KONKRET Hemm ħafna xi jsir f’termini ta’ benessri tal-annimali, u s-soċjetà qed titlob li din tkun prijorità ogħla fuq l-aġenda tal-UE. L-inklużjoni tal-benessri tal-annimali fit-titlu tal-impjieg tal-Kummissarju rilevanti tal-UE hija possibbli, tagħmel sens u tikkontribwixxi biex tiżgura li tittieħed azzjoni xierqa fuq dan is-suġġett kull darba li l-annimali jkunu se jiġu affettwati mil-leġiżlazzjoni tal-UE.

MEPs li jaghtu support

Partners

Inizjattiva ta’ GAIA fi sħubija ma’: